Għal xahar ieħor, Malta baqgħet fl-inqas postijiet fl-istatistika tal-Eurostat li għandhom l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Iċ-ċifi għal Lulju juru li r-rata ta’ persuni jfittxu x-xogħol f’Malta kienet ta’ 4%. Kien biss l-Olanda, l-Ungerija, il-Polonja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka li kellhom rata ta’ qgħad ftit inqas minn ta’ Malta.
F’dak li huwa qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena, Malta b’6.3% kellha t-tieni l-inqas rata fost il-pajjiżi Ewropew, ftit iktar minn tal-Ġermanja fejn ir-rata hija ta’ 6.1%.
Ir-rata medja ta’ qgħad fil-pajjiżi taż-Żona tal-Ewro f’Lulju kienet 8.2% filwaqt li kienet ta’ 6.8% fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn ftit aktar minn 17-il miljun ruħ jinsabu qiegħda. Il-Greċja għad għandha l-ogħla rata ta’ qgħad b’19.5% u Spanja bi 15.1%.