Malta reġgħet issemmiet bħala waħda mill-aqwa destinazzjonijiet għas-sajf li ġej għal festivals internazzjonali tal-mużika.Dan hekk kif Glamour Magazine UK, irrapporta kif f’Malta se jkun qed jittella’ l-festival Annie Mac Presents Lost & Found bejn it-3 u s-6 ta’ Mejju. Festival li għalih jattendu eluf ta’ persuni u mhux biss minn Malta, iżda żgħażagħ ta’ kull età jiġu Malta apposta għalih.
Intant l-istess rapport ħeġġeġ lil dawk kollha li huma fanatiċi ta’ dawn it-tip ta’ festivals biex jagħtu ħarsa lejn Malta hekk kif se jkun qed jittella’ festival mill-aqwa fejn fost il-festivals li ssemmew kien hemm imsemmija wkoll Summer Sonic fil-Ġappun, Coachella u Lollapalooza fl-Istati Uniti fost bosta aktar.