Malta hija fost l-aktar pajjiżi Ewropej bl-akbar trasparenza tal-Finanzi Pubbliċi, b’mod partikolari għall-mod kif il-Gvern jirrapporta l-finanzi tiegħu u anke l-proċess baġitarju.
Qal dan il-Fond Monetarju Internazzjonali f’rapport ippubblikat dwar it-trasparenza fiskali f’pajjiżna.
Rapport li hu riżultat ta’ missjoni li ntbagħtet f’pajjiżna f’Mejju li għada fuq talba tal-Gvern Malti, wara diversi xnigħat tal-Oppożizzjoni dwar it-trasparenza finanzjarja ta’ pajjiżna.
Fir-rapport li ġie ppreżentat f’konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Fiskali tal-IMF Torben Hansen, qal li din kienet l-ewwel darba li Malta għaddiet minn dan it-tip ta’ skrutinju.
“We found that compared to other European Countries that have done these type of evaluations Malta is very favourably, in particular when it comes to the quality of fiscal reporting and budgeting and fiscal forecasting Malta got good or advanced practices” qal Hansen.
Il-Fond Monterarju Internazzjonali rrikonoxxa fost oħrajn li Malta implimentat diversi prattiċi pożittivi fejn tidħol it-trasparenza fiskali.
Irriżulta wkoll li l-Gvern jippreżenta rapporti fiskali li huma ddettaljati fuq kull entità tal-Gvern fil-ħin stipulat u b’mod frekwenti. Filwaqt li f’xi prattiċi Malta tisboq pajjiżi oħra Ewropej għall-mod kif isiru ċertu proċeduri finanzjarji. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal ukoll li l-Gvern ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Fond. Spjega li meta kkumparata ma’ pajjiżi oħra pajjiżna għadda minn dan l-eżami dettaljat ħafna b’mod indipendenti u pajjiżna ħareġ tajjeb ħafna bl-unuri, daqs pajjiżi ewropej oħra u f’ċerti pilastri anke iżjed.
Il-Ministru Scicluna qal li din l-evalwazzjoni saret fuq talba tal-Gvern Malti biex ixejjen krittika inġusta fost oħrajn tal-Opozizzjoni li kemm-il darba allegat nuqqas ta’ trasparenza fil-finanzi tal-pajjiż; “Dan ir-rapport jikkontradixxi dak li tipprova tpinġi l-opozizzjoni li aħna fejn tidħol trasparenza fl-ispiża tal-Gvern u fit-taxxi hija ‘sub-standard’. Għal kuntrarju l-International Monetary Fund qed jgħid li mhux biss aħna ninsabu ‘up to standard’ imma tikkumpara tajjeb ma’ pajjiżi oħra” temm jgħid il-Minsitru Scicluna.
Thorough and fair @IMFNews evaluation for #Malta -JM @edward_scicluna https://t.co/rHq0llhBZz
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 27, 2018