Skont is-sit elettroniku Schengen News, li tispeċjalizza fuq l-aħħar żviluppi dwar iż-żona Schengen, ħareġ li qed tiżdied r-rata ta’ rifjut tal-applikazzjonijiet għall-visas Schengen.
Fost il-pajjiżi li l-aktar li qed jirrifjutaw dawn it-tip ta’ visas hemm Malta.
Iż-Żona Schengen hija territorju fl-Ewropa fejn il-pajjiżi membri kif ukoll xi pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropeja jneħħu kull kontroll tal-fruntieri interni bejnithom, biex b’hekk ikun hemm aktar moviment liberu tal-persuni.
Skont Schengen News, bħala medja, l-Istati Schengen irrifjutaw 16.96% aktar visas fl-2023 filwaqt li pajjiżna rrifjuta 36.81%.
Malta għandha l-ogħla differenza meta mqabbla mal-2022.
Fl-2023, l-Estonja hija t-tieni l-iktar pajjiż li rrifjuta visas bi 32.96% tal-applikazzjonijiet. Intant, Malta rrifjutat 12,261 talba għall-visa fl-2023 li jpoġġu lil Malta bl-ogħla rati ta’ rifjut fost l-istati fix-Schengen. Minkejja dan, Franza irrifjutaw 436,893 filwaqt li Spanja rrifjutaw 251,470. Madankollu, ma rrifjutawx visas daqs ta’ pajjiżna bir-rati tagħhom ilaħħqu is-16.7 u t-18.5%, rispettivi.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qal li dawn iċ-ċifri jitrattaw visas tat- tip C, li jippermettu lill-persuni li jidħlu fiż-żona Schengen għal massimu ta’ 90 jum f’perjodu ta’ 180 ġurnata.
Pajjiżna għandu rata għolja ta’ rifjut ta’ din it-tip ta’ visas minħabba għadd ta’ raġunijiet fosthom li jkun hemm ħafna applikanti li jkunu jixtiequ jidħlu f’pajjiżi oħrajn taż-żona Schengen u ma jsibux appuntamenti fil-konsolati ta’ dawn il-pajjiżi.
Barra dan, ikun hemm suspetti li xi applikanti jkunu jridu il-visas taż-żona Schengen, biex jibqgħu jgħixu fil-pajjiż saħansitra wara li tiskadi l-visa, filwaqt li applikanti oħrajn ma jkollhomx id-dokumenti validi meħtieġa.
L-iktar pajjiżi li rrifjutaw visas tat-Tip C huma l-Alġerija, l-Indja, u l-Libja. F’titwila lejn l-2022 u 2023, Malta kellha rati simili ta’ rifjut, u meta tqabbel mar-rati ta’ snin ta’ qabel, barra l-2021, minħabba l-pandemija Covid-19 insibu li r-rata ta’ rifjut kienet qed tiżdied.