Il-kumpanija ta’ aġenti tal-ivjaġġar Virtuoso ikklassifikat lil Malta fit-tielet post wara l-Urugwaj u l-Maldives bħala l-aktar tlett destinazzjonijiet li kellhom żieda sostanzjali ta’ turisti Amerikani.
Jidher li tul dawn l-aħħar snin Malta rat żieda ta’ 140% ta’ vjaġġaturi Amerikani. Dan irriżulta minn stħarriġ li ppubblikat din il-kumpanija li tispeċjalizza f’network lussuż ta’ vjaġġaturi, minn database ta’ transazzjonijiet li tammonta għal kważi 50 biljun dollaru.
Virtuoso stqarret li kif jixhdu dawn ir-riżultati, vjaġġaturi huma ħerqana sabiex jesperjenzaw destinazzjonijiet ġodda fosthom il-postijiet Maltin li għandhom interess storiku.
Wara Malta kklassifikaw ir-Rumanija, l-Eġittu, Rwanda, Qatar, Korea t’Isfel, Norveġja u Puerto Rico.