Malta hija fost ħames pajjiżi madwar id-dinja li ċ-ċittadini LGBTIQ tagħhom għandhom id-drittijiet imħarsa fil-kostituzzjoni.
Dan skont riċerka globali mill-universitajiet ta’ California u Los Angeles u li tpoġġi lir-Renju Unit, il-Bolivja, l-Ekwador, il-Fiji u Malta f’din il-kategorija.
Ir-rapport analizza l-kostituzzjoni ta’ 193 pajjiż u r-riċerkaturi li ħadmu fuqu qalu li huwa l-iktar wieħed komprensiv sal-lum.
Minkejja li hemm 22 pajjiż li daħlu dritt ta’ żwieġ bejn persuni gay, ir-riċerka tgħid li n-nuqqas ta’ d-drittijiet fil-kostituzzjoni xorta waħda tħalli lok għal diskriminazzjoni.