Ir-rifless ta’ xemx tiżreġ fuq il-baħar ikħal li jdawwar lil pajjiżna u l-istorja sinjura ta’ din il-gżira f’nofs il-Mediterran qed ikomplu jpoġġu lil Malta fuq listi prestiġjużi li jfittxu t-turisti meta jkunu qed jippjanaw il-btala tagħhom.
Fil-fatt Malta għamlitha fil-lista ta’ għaxar pajjiżi fid-dinja li t-turist għandu jżur matul is-sena elfejn u tmintax. Lista ippublikata minn LONELY PLANET, gwida tal-ivvjaġġar ferm rispettata madwar id-dinja.
B’Lonely planet ibbażat l-għażla tagħha fuq il-karatteristċi ewlenin li jagħmlu lil Malta pajjiż imfittex mill-eluf matul is-sena.
Fil-fatt l-istil tal-ħajja tal-Maltin, il-bajjiet mill-isbaħ u aktar minn tlett mitt jum b’xemx tiżreġ, anke meta l-Ewropa tkun miksija bil-borra, kienu fost il-fatturi ewlenin li rrimarkat din il-gwida tal-ivvjaġġar.
Iżda mhux biss, issemmi ukoll il-passat ta’ Malta li jmur lura eluf ta’ snin u l-ġawriet li din il-gżira għandha ukoll taħt l-art. Fil-fatt jissemmew il-katakombi u x-xelters ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li jieħdu lil dawk li jżuruhom mixja lura fiż-żmien. LONELY PLANET semmiet ukoll il-fortifikazzjonijiet tas-seklu sbatax li jdawru l-kosta Malta.
Li minkejja li ilhom isawru l-kultura Maltija għal sekli sħaħ, matul din is-sena se jkunu fil-vetrina Ewropea tal-Kultura. B’ Malta ntgħażlet ukoll mill-kontributuri ta’ LONELY PLANET għall-fatt li matul din is-sena pajjiżna huwa nkunurat bit-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura u għalhekk dawk li se jiġu f’pajjiżna se jkunu jistgħu jattendu aktar minn erba mitt attivita li se jittellgħu matul l-elfejn u tmintax.
Attivitajiet ta’ divertiment li se jsiru fi sfond tal-Kapitali Maltija li mhux biss tpaxxi l-għajn iżda tagħti esperjenza unika lil min iżura.