Fi stqarrija konġunta mill-komunità internazzjonali, inkluża Malta qed tappella sabiex il-fruntiera tal-Afganistan tibqa’ miftuħa.
Din l-istqarrija ħarġet minn sebgħin pajjiż wara l-aħħar żviluppi fl-Afganistan, fejn it-Taliban ħadu l-kontroll tal-pajjiż.
F’din l-istqarrija ntqal kif qed jaħdmu flimkien sabiex iċ-ċittadini barranin li hemm maqbudin f’dan il-pajjiż ikunu jistgħu joħorġu b’mod sigur.
Intqal kif f’din is-sitwazzjoni, il-kalma hija l-aħjar ħaġa f’dan il-mument u l-poplu Afgan jixraqlu li jgħix f’sigurtà.