Ġazzetta Ġermaniża li hi fost l-aqwa, bl-isem ta’ Welt am Sonntag, poġġiet lil Malta fost l-ewwel ħames destinazzjonijiet li wieħed għandu jżur fl-2017.
Il-gazzetta għamlet lista ta’ 12-il pajjiż li wieħed għandu jżur fis-sena 2017, fejn poġġiet lil Malta fit-tieni post, bl-ewwel pajjiż ikun il-Montenegro.
L-artiklu, li deher fis-sezzjoni popolari ta’ Lifestyle&Travel fl-istess gazzetta, iddeskriva lil Malta bħala “Il-gżira tal-kultura”. Iżda l-artiklu jkompli jispjega li wieħed m’għandux iżur lil Mata għall-kultura biss iżda kif ukoll anke għall-btala qasira, li għandha lukandi mill-isbaħ u li Malta saħansitra tiġbed l-attenzjoni ta’ udjenza internazzjonali b’avvenimenti tal-mużika.
Welt am Sonntag hi gazzetta li tiġi ppubblikata kull nhar ta’ Ħadd b’ċirkulazzjoni ta’ madwar 550,000.
Is-CEO tal-Malta Tourism Authority, Paul Bugeja, qal “li nitniżlu fost l-ewwel pajjiżi li wieħed għandu jżur f’gazzetta prestiġjuża hi rikonoxximent importanti.”