It-team nazzjonali malti tar-Raffa bil-plejers David Farrugia, Rennie Farrugia u Mandy Falzon se jikkompetu fil-kampjonati tal- ewropa li se jiġu organizzati f’Terni l-Italja. Għall-ewwel darba fl- istorja Malta se tikkompeti bin- nisa wkoll.
Rennie Farrugia u Mandy Falzon se jikkompetu fil-mixed doubles filwaqt li David Farrugia se jikkompeti fl-individwali u anke fil-kompetizzjoni tal-precision shooting.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-preżenza tat-team nazzjonali tar-Raffa kienet possibli bl-għajnuna ta’ SportMalta.
