Il-Malta Handball Association hija kburija li tħabbar l-iskwadra tat-Tim Nazzjonali li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat tal-Irġiel fil-Federazzjoni Ewropea tal-Handball (EHF) li se jsir f’Varna, Bulgarija, bejn il-11 sal-14 ta’ Lulju. Din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni minn Malta f’din il-kompetizzjoni.
Din il-parteċipazzjoni hija mira importanti ħafna fil-pjan tal-Malta Handball Association għall-iżvilupp ta’ din il-fergħa tal-logħba tal-Handball relattivament ġdida u li għadha qed tikber. L-MHA temmen li din il-fergħa tal-logħba tal-Handball jeħtieġ li tingħata l-importanza tagħha u l-MHA flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) huma investiti ħafna fl-iżvilupp tal-Beach Handball.
It-Tim Nazzjonali Malti se jikkompetu fi Grupp B kontra Franza, il-Bulgarija, in-Norveġja u ċ-Ċekja. Malta se jkollha l-ewwel partita fil-11 ta’ Lulju kontra Franza fil-17:00 segwita minn tliet logħbiet fit-12 ta’ Lulju fid-9:00, 14:00 u 18:00 kontra l-Bulgarija, in-Norveġja u ċ-Ċekja rispettivament. Fuq il-bażi tar-riżultati miksuba, t-Tim Nazzjonali Malti jkun jista’ jipparteċipa fir-round li jmiss.
Il-Coaches tat-Tim Nazzjonali s-Sur Pedro Jorge Teixeira Mota u s-Sur Gabor Bathori li t-tnejn għandhom esperjenza estensiva bħala plejers u bħala kowċis fil-Beach Handball għażlu dawn il-plejers:
Matthew Brincat, Mauro Camilleri Darmanin, Adam Hackett, Liam Harrison, Thomas Hackett, Christian McClean, Jeremy Scicluna, Ryan Sciortino, Daniel Tanti Farrugia u Gianluca Vassallo Ciliberti.
L-għażla se tkun assistita wkoll mis-Sur Adam Sule bħala Team Manager u mis-Sinjura Daryl Azzopardi bħala fiżjoterapista.
Il-Management tal-MHA jixtieq jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn il-Kumitat Olimpiku Malti għall-appoġġ tal-MHA permezz tal-iskema ta’ finanzjament tekniku tagħhom.