Malta temmet il-Kampjonat tal-Ewropa tal-Kickboxing (ISKA AMA) fil-ħames post minn total ta’ 21 pajjiż.
Il-kampjonati kienu qed isiru f’pajjiżna u ġew fi tmiemhom is-sibt wara nofs-in nhar.
Team Malta rebaħ total ta’ 60 midalja:
• 16 Deheb
• 19 Fidda
• 25 Bronż
Għall-pajjiż żgħir bħal Malta dan hu riżultat impressjonanti li jkompli juri t-titjieb li għamel dan l-isport f’dawn l-aħħar snin.
B’kollox ħadu sehem 820 atleta minn 21 pajjiż differenti, fosthom Malta. Il-pajjiżi l-oħra parteċipanti kienu: Franza, il-Polonja, il-Georgia, l-Iskozja, l-Ażerbajġan in-Norveġja, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, Spanja, l-Iżvizzera, Ċipru, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Italja u l-Ukrajna.
Il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija kickboxing Isaac Chetcuti irringrazzja lil dawk kollha li kienu parti mis-suċċess organizzattiv u kompetittiv ta’ dawn il-kampjonati: atleti, kowċies, ħaddiema u spettaturi.
(Photo Credit: Martin Agius)


