It-team malti tal-kategorija Under 25’s li qiegħed jieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-pool fl-Irlanda kiseb post fil-finali meta xejjen l-isfida tat-tim nazzjonali tal-Indja bl-iskor konvinċenti ta’ 5-0. It-tim Malti kompost minn Dejan Grech, Scott Muscat, Chris Zaffarese u Elcid Aquilina kien f’ forma brillianti u ma ħalla l-ebda spazju lit-tim Indjan biex jirkupra. Il-finali ser tintlagħab għada l-Ħamis fl-10:00 ħin ta’ Malta.
It-tim Malti tal-Over 50’s kien impenjat fis-semi finali kontra l-Indja u safa megħlub bl-iskor ta’ 13-11. Il-players Maltin kienu softunati f’ diversi okkażjonijiet li dawru r-riżultat għal telfa drammatika.
It-tim tal-Irġiel safa eliminat fil-kwarti tal-finali minn Franza bl-iskor ta’ 11-7.
Il-koppja Maltija Antoine Aquilina u Ray Caruana kisbu post fil-finali tal-kompetizzjoni doubles tal-Over 50’s. Fis-semi finali huma għelbu lit-team indjan bl-iskor ta’ 5-4 biex issa jilghabu fil-finali l-lejla 20:30 ħin ta’ Malta, fil-finali kontra t-tim ingliż kompost minn Liam Stanley u Gareth Owen.
Iż-żagħżugħ malti Scott Muscat kiseb post fis-semi finali tal-kategorija Under 25’s u ser ikun impenjat il-lejla kontra Morgan Thomas tal-Irlanda.