F’Malta aħna ffortunati li għandna infermiera speċjalizzati u ta’ ħila kbira. Dan intqal mill-Kunsill Malti għall-Infermiera u l-Qwiebel fil-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Infermiera.
Fi stqarrija, il-Kunsill Malti wera l-apprezzament tal-ħidma li ssir mill-infermiera Maltin u dawk barranin f’pajjiżna. Intqal li l-infermiera huma l-pedament tas-sistema tas-saħħa.
Intqal li l-ħidma tagħhom twassal sabiex ikun hemm il-prevenzjoni mill-mard u l-promozzjoni tas-saħħa, fost oħrajn. B’popolazzjoni b’saħħa tajba żżid il-produttitività, waqt li ssaħħaħ l-ekonomija.
Bit-tema ta’ din is-sena magħżula mill-Kunsill Internazzjonali tal-Infermiera hi “Caring for nurses stengthens economies”.
Il-Kunsill Malti għall-Infermiera u l-Qwiebel spjega li waħda mill-akbar sfidi internazzjonali hi n-nuqqas tal-infermiera.
Il-Kunsill irringrazzja lill-infermiera tax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom.