F’dawn l-aħħar erba’ snin, it-turisti li żaru lil Malta żdiedu f’kull kategorija ta’ età. Madanakollu, ir-rata ta’ tkabbir ta’ turisti ta’ etajiet iżgħar, partikolarment bejn l-etajiet ta’ 25 sena u 44 sena, hija l-akbar. Filfat bejn is-snin 2013 u 2016, iż-żieda medja annwali f’din il-kategorija kienet ta’ 11%.
Fis-sena 2016, l-akbar kategorija ta’ turisti li żaru Malta kienet bejn il-25 snea u l-44 sena, kien ta’ 690,082, dan ifisser żieda ta’ 14.9% meta mqabbla mas-sena 2015. 70% taż-żieda totali tat-turisti li ġew Malta fis-sena 2016, taqa’ taħt il-kategorija ta’ turisti li għandhom bejn iż-0 u l-44 sena.
Kien hemm ukol żieda fl-ammont ta’ turisti li għandhom ‘il fuq minn 65 sena.