F’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin għall-COVID-19 fil-ġimgħat li ġejjin, Malta hija diġà allokata 330,000 doża.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fejn fisser kif Malta se tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi li tipproteġi l-vulnerabbli u l-frontliners.
Il-Ministru spjega wkoll li wara dan l-ewwel pass Malta mistenni jkollha aktar dożi għall-Poplu Malti u Għawdxi kollu.
F’każ ta’ żvilupp ta’ #vaċċin għall-#covid19 fil-ġimgħat li ġejjin, #Malta hija diġà allokata 330,000 doża. Dan ifisser li nkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi li nipproteġu l-#vulnerabbli u l-#frontliners. Wara jkollna aktar dożi għall-poplu kollu.
— Chris Fearne (@chrisfearne) August 29, 2020