It-tema għall-Budget 2023 hija ‘Malta Ċertezza u Stabbiltà.
Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ħabbar din it-tema propju dalgħodu f’jum il-Budget.
Huwa ħabbar dan fuq il-pjattaformi soċjali tiegħu u saħaq li l-Budget li se jitressaq llejla se jwassal biex Malta tibqa’ miexja fid-direzzjoni t-tajba.
Il-Prim Ministru semma iċ-ċertezza u l-istabbiltà li għandna f’pajjiżna, u li bħala Gvern se jkompli jingħata u jinbena futur sabiħ għal pajjiżna.
Illejla d-diskors tal-Budget jibda fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija u ONE se jkollu xandira speċjali fejn se jaġġorna lis-segwaċi bil-miżuri li jkunu qed jitħabbru.