Malta Calls…prestazzjoni kalejdoskopika ta’ żfin fil-miftuħ li se ddur mal-ispettatur innifsu.
Wirja unika li fiha se jingħaqdu tliet ġeneri flimkien: it-teatru, ż-żfin u l-film, biex jirrappreżentaw diversi temi bħall-preżent u l-futur. Dan kif fissret id-direttur eżekuttiv tal-fondazzjoni Valletta elfejn u tmintax, Catherine Tabone:
“DAN HUWA AVVENIMENT MHUX BISS MULTI-DIXXIPLINARJU IMMA INTER-DIXXIPLINARJU, JIGIFIERI HA JKOLLNA FOROM DIVERSI TA’ ARTI, KOLLHA JINFLUWENZAW WIEHED LIL IEHOR, GHANDNA EZ. ZFIN MALTA, GHANDNA NIES MINN GOLDSMITH UNIVERSITY LI SE JIKKREAW L-IMMAGNI LI HA JKUNU QED JAKKUMPANJAW IZ-ZFIN U GHANDNA MUZICISTI BHAL DJ PERQX LI IKKOMPONA U SE JKUN QED JOHLOQ IL-MUZIKA GHAL DAN L-AVVENIMENT”
B’Malta Calls, il-programm Valletta 2018 se jgħaqqad ġeneri tradizzjonali ma’ kunċetti moderni bħal 3D.
Il-korjografu tal-proġett, Marvin Khoo fisser kif jittama li din ir-rappreżentazzjoni li se tittella’ nhar il-Ġimgħa għoxrin ta’ Lulju, fil-bitħa tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara, Pembroke, tilħaq ukoll udjenzi ġodda:
“THE EVENT STARTS AT 8 AM AND IT WILL GO TO 2 AM, THERE’S A LINE UP OF THREE TO FOUR DJ’S AND OTHERS WILL BE A LINE UP OF MALTESE DJ’S THAT WILL BE ANNOUNCED VERY VERY SOON, THE COOLEST”