Il-Gvern irreġistra surplus ta’ kważi €392.7 miljun fl-2017, żieda ta’ iktar minn €296.3 miljun fuq l-2016.
Is-surplus huwa kkalkulat fuq id-differenza bejn id-dħul u n-nefqa tal-Gvern, żewġ fatturi li żdiedu fl-2017.
F’termini ta’ prodott domestiku gross, il-bilanċ tal-Gvern kien ekwivalenti għal 3.5%, li jfisser żieda ta’ 2.6% meta mqabbel mas-surplus ta’ 0.9% rreġistrat fl-2016.
Ċifri ppublikati mill-NSO juru wkoll li d-dejn naqas b’iktar minn €46miljun. Dan ifisser li issa qiegħed fil-livell ta’ 50.9% tal-prodott domestiku gross.
Fi stqarrija oħra relatata mas-surplus tal-2016, il-Eurostat qalet li Malta rreġistrat l-ikbar surplus minn fost il-pajjiżi kollh Ewropej. Bil-livell ta’ 3.5% tal-prodott domestiku gross, Malta ġiet fl-ewwel post, bi kważi d-doppju ta’ dak irreġistrat minn Ċipru, li ġie fit-tieni post.
Apparti minn hekk, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li fit-tieni kwart ta’ tas-sena, il-Gvern irreġistra surplus ta’ ftit iktar minn €114 miljun.
Id-dħul bejn April u Ġunju ta’ dis-sena kien ta’ €1,173 miljun, żieda ta’ €i08 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2017.
Għal dan il-kwart, kemm id-dħul kif ukoll in-nefqa tal-Gvern żdiedu, filwaqt li sal-aħħar ta’ Ġunju, id-dejn tal-Gvern naqas bi kważi €127 miljun meta mqabbel mal-istess kwart