Fl-analiżi annwali fuq Malta, fil-Country Report, il-Kummissjoni Ewropea mhux biss faħħret l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna iżda saħqet li s-servizz tas-saħħa huwa iktar effettiv, li l-pensjonanti jinsabu aħjar, li l-familji għandhom dħul aħjar u li l-faqar u l-esklużjoni soċjali naqqsu. Il-Kummissjoni Ewropea tattribwixxi dan kollu għall-miżuri li introduċa l-Gvern fl-aħħar snin.
Bħal ma ddikjara lbieraħ il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni sostniet li “Malta experienced exceptional levels of economic growth in 2014 and 2015”, “among the highest in the EU”.
Il-Country Report jinnota li fl-2016, il-qgħad kompla nieżel tant li sar “one of the lowest in the EU and the lowest level observed in Malta since accession to the EU”. Fejn tidħol l-inugwaljanza tad-dħul, il-Kummissjoni tgħid li din hija taħt il-medja u hi r-raba’ l-aħjar fl-UE, u li bidliet fit-taxxi u benefiċċji soċjali għenu biex dan iseħħ.
Il-Kummissjoni faħħret diversi miżuri tal-Gvern. Tgħid li “recent reforms implemented in Malta are contributing to an increasing effectiveness of the healthcare system”, dan mentri gvernijiet oħrajn insew il-pensjonanti; skont il-Country Report “the government has responded with several measures to improve pension adequacy”.
Ir-rapport jgħid ukoll li “Malta is approaching its national Europe 2020 employment rate of 70%”. Kontra dak li ssostni l-Oppożizzjoni, il-Kummissjoni tgħid li “the overall risk of poverty and social exclusion decreased in 2015” u li “Malta is placing emphasis on raising active inclusion and addressing current social challenges”, tant li ġiet iddedikata paġna sħiħa għal miżuri li l-Kummissjoni tgħid qed itejjbu d-dħul għal dawk fil-bżonn.
L-esperti tal-Kummissjoni jsostnu li “in recent years, Malta has largely achieved fiscal consolidation without penalising public investment”. Dan jikkuntrasta ma’ dak li kien jagħmel il-Gvern preċedenti għax, skont il-Kummissjoni, “in the past, government investment was used to compensate for slippages in budgetary execution”.
B’kuntrast, f’dawn l-aħħar snin, l-investiment kien kważi d-doppju tal-UE u “the number of projects increased by 139.8% between 2008 and 2014”. Ir-rapport tal-Kummissjoni jikkonferma wkoll li “education and health spending increased the most”.
Anke fuq l-isfidi li għad fadal għal pajjiżna l-Country Report juri fiduċja fit-tmexxija.
Per eżempju jingħad li, “the government adopted an ambitious National Transport Strategy” u li qed jittieħdu miżuri biex jitjiebu l-kapaċitajiet tal-ħaddiema.
L-istess bħalma rnexxielu joħloq il-kundizzjonijiet ta’ tkabbir eċċezzjonali, il-Gvern stqarr li huwa kommess li jwettaq politika biex dan it-tkabbir ikompli jkun sostnut u biex il-ġid jasal għand kulħadd.