Hekk kif jinsab fi triqtu lejn l-Istati Uniti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg qal li f’telefonata mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan Hossein Amir-Abdollahian tenna t-tħassib ta’ Malta dwar dak li seħħ fl-aħħar 24 siegħa, kif ukoll is-sejħa tagħna għat-trażżin tal-eskalazzjoni.
“Kwalunkwe’ azzjoni militari oħra tkompli twessa’ iċ-ċiklu ta’ vjolenza u twassal għal instabilita’ akbar fir-reġjun. Bħala President tal-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda tul dan ix-xahar t’April, l-għan tagħna huwa li d-diplomazija tagħti l-frott għall-ġid tar-reġjun kollu” saħaq il-Ministru Borg.
Tenna wkoll l-importanza li jkun hemm waqfien mill-glied f’Gaza b’mod immedjat u permanenti, tasal bizejjed ghajnuna umanitarja u jinhelsu l-ostaggi mizmuma kollha.