F’indirizz li għamel waqt business breakfast, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar Chris Cardona saħaq li l-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-expo ta’ Dubai tagħti mhux biss viżibilità lil pajjiżna iżda turi l-kredenzjali ta’ Malta biex tkompli tiġbed l-investiment.
“Malta dejjem kellha relazzjonijiet tajba mal-Emirati Għarab Magħquda u issa jmiss li pajjiżna jidħol f’ambjent ekonomiku iżjed innovattiv”, saħaq il-Ministru Cardona.
Malta se tkun qed tipparteċipa f’din l-expo taħt il-kategorija tal-opportunitajiet u l-expo se ddum miftuħa sitt xhur, bejn Ottubru tal-elfejn u għoxrin u April tas-sena ta’ wara. Hu stmat li mal-25 miljun ruħ se jżuru din il-manifestazzjoni kummerċjali.
F’indirizz li għamel waqt business breakfast, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar Chris Cardona saħaq li l-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-expo ta’ Dubai tagħti mhux biss viżibilità lil pajjiżna iżda turi l-kredenzjali ta’ Malta biex tkompli tiġbed l-investiment.
“Malta dejjem kellha relazzjonijiet tajba mal-Emirati Għarab Magħquda u issa jmiss li pajjiżna jidħol f’ambjent ekonomiku iżjed innovattiv”, saħaq il-Ministru Cardona.
Malta se tkun qed tipparteċipa f’din l-expo taħt il-kategorija tal-opportunitajiet u l-expo se ddum miftuħa sitt xhur, bejn Ottubru tal-elfejn u għoxrin u April tas-sena ta’ wara.