40 student minn skejjel differenti ngħataw rikonoxximent tar-riżultati eċċellenti li kisbu fi 3 kompetizzjonijiet internazzjonali tal-Matematika. Suġġett li għalkemm dari konna nistkerrhuh, il-mod kif qed jiġi mgħallem illum qed jiġbed aktar studenti lejh.
Dawn l-istudenti ħadu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet:
Mathetics without Borders
SuperTmatik
Mediterranean Youth Mathematical Championship
Dawn l-istudenti pparteċipaw f’panel fil-preżenza tal-Ministru Evarist Bartolo, biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f’dawn il-kampjonati.
Fost l-oħrajn kien hemm Martina, studenta tas-sitt sena tal-iskola primarja li ġiet fis-sitt post minn 41,370 parteċipant fil-kampjonat SuperTmatik. Dan huwa l-aħjar riżultat qatt miksub minn studenta Maltija f’dik il-kompetizzjoni, li ilha dawn l-ahhar 13-il sena tlaqqa’ studenti minn 45 pajjiż biex jikkomopetu fil-Matematika.