It-tim Malti taż-żgħażagħ tar-Royal Malta Yacht Club (RMYC) kellu riżultat tajjeb waqt li kkompeta fil-kampjonati Ewropej ILCA 6 U19 li saru f’Bangor, l-Irlanda ta’ Fuq, bejn is-27 ta’ Lulju u t-3 ta’ Awwissu li għaddew.
Minkejja l-isfidi imposti fuq il-baħrin kawża ta’ temp kiesaħ, xita u kurrenti qawwija ta’ riħ, it-tim Malti kellu wirja tajba ħafna b’mod ġenerali.
Katrina Micallef, li f’Ġunju li għadda rebħet midalja tal-bronż fl-ILCA 4 Youth Worlds, reġgħet spikkat b’wirja impressjonanti fil-Klassi ILCA 6 li hi wkoll il-Klassi Olimpika tan-Nisa u rnexxielha tispiċċa fil-ħames fost fil-grupp tagħha u fit-13 il-post fil-klassifika ġenerali minn 111-il kompetitur.
Ben Vassallo mill-Malta Young Sailors’ Club spiċċa fit-43 post b’mod ġenerali minn flotta b’esperjenza kbira magħmula minn 247 żagħżugħ. Minbarra dan, Vassallo kiser ir-rekord nazzjonali preċedenti f’dan il-grupp ta’ età, li kien twaqqaf fl-2023 minn Matthew Flores.
Il-kontinġent Malti esprima l-gratitudni tiegħu għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għamlu Sport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti, il-Malta Sailing Federation u r-Royal Malta Yacht Club talli għamlu possibbli dawn l-opportunitajiet li qed juru li Malta tista’ tħalli marka sinifikanti fl-isport tal-ibburdjar internazzjonali.
Kitba: Andre Mizzi