Ir-rata tal-imwiet b’rabta mal-Covid-19 f’Malta hija dik ta’ żero, fejn Malta issa hija l-unika pajjiż tal-Unjoni Ewropea li taqa’ f’din il-kategorija.
Dan jurih propju ċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard, propju fl-istess waqt li pajjiżna għandu rata baxxa ta’ infezzjonijiet bil-Covid-19.
Wara Malta fil-lista hemm id-Danimarka, il-Portugall u l-Finlandja, filwaqt li Spanja, l-Islovenja u l-Kroazja għandhom l-ogħla rati ta’ mwiet bil-Covid-19.