Il-Gvern Malti esprima pożizzjoni kontra żidiet fil-kontrolli u fl-obbligi għad-detriment tas-sajjieda ż-żgħar.
Dan għamlu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-sajd, Clint Camilleri waqt tal-Ministri Ewropej tal-Agrikoltura u s-Sajd fil-Lussemburgu.
Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari esprima t-tħassib tiegħu li l-kontrolli żejda se jwasslu għal piżijiet finanzjarji u aktar burokrazija fuq is-sajjieda ż-żgħar.
Quddiem l-Ministru Ewropej, Clint Camilleri ddefenda l-interessi tas-sajjieda Maltin u spjega kif bl-obbligi riġidi l-ġodda, is-sajjieda ż-żgħar, speċjalment fuq id-dgħajjes ta’ taħt it-tnax-il metru se jintlaqtu ħażin.
Huwa żied jgħid li Malta taqbel li jkun hemm regoli, sigurtà, u kontrolli iżda wieħed irid jindirizza dawn b’mod sensittiv, b’mod li jagħmilx ħsara lil dan is-settur.