Malta għanda l-potenzjal kollhu meħtieġ sabiex tkompli tavvanza fl-industrija tal-films.
Dan wara li fl-aħħar snin għamlet passi ta’ ġgant ’il quddiem frott l-għaqal u s-serjetà li biha qed tittieħed din l-industrija.
Stqarr dan il-koreografu ta’ Bollywood Shiamak Davar fi żjara f’pajjiżna sabiex jipparteċipa u jħejji għal Malta India Film Festival li ser jitella’ f’Diċembu li ġej.
Davar huwa magħruf sew għal produzzjonijiet li tella’ fl-Indja.
Davar innota wkoll ċertu elementi fil-kultura Maltija bħal knejjes li jagħmlu lil din il-gżira tista’ tgħid ċentru ta’ eċċellenza għal films, inkluż dawk ta’ Bollywood.
Huwa jemmen li apparti dan il-festival; il-kollaborazzjoni għandha tmur lil hinn. Dan hekk kif l-Indja hija waħda mill-akbar industriji tal-films fid-dinja.
Davar spjegalna l-irwol tiegħu fil-Malta India Film Festival, u ma naqasx milli jfaħħar it-talent lokali.
Il-Malta India Film Festival ser jittella’ bejn l-erbatax u s-sittax ta’ Diċembru li ġej.