Statistika mill-Eurostat turi li f’Awwissu li għadda Malta kellha żieda annwali ta’ 9.9% fil-produzzjoni industrijali, li hija l-ogħla fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.Il-Eurostat qal li l-akbar żieda fil-produzzjoni industrijali giet rregistata f’Malta, segwita mill-Irlanda bi 8% u l-Ungerija bi 3.8%.
Qal li f’Awwissu, il-produzzjoni industrijali fiż-Żona Ewro żdiedet b’1% fil-pajjiżi taż-Żona tal-Ewro u b’1.2% fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.