F’Jannar li għadda, Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha fiż-Żona tal-Ewro.
Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT.
Jirriżulta li, f’dan l-ewwel xahar tas-sena, pajjiżna kellu rata ta’ qgħad ta’ tlieta fil-mija (3%).
Din ir-rata ta’ pajjiżna tisboq sew il-medja tar-rata tal-qgħad fiż-Żona tal-Ewro, li hija ta’ sitta punt sebgħa fil-mija (6.7%): aktar minn mid-doppju tar-rata ta’ pajjiżna.
F’Jannar li għadda, ir-rata ta’ Malta kienet l-istess bħal tal-Ġermanja, filwaqt li qabżet sew ir-rata tal-qgħad ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn fosthom Franza, l-Iżvezja,l-Italja, u Spanja. Ir-rata ta’ Spanja hija għaxra fil-mija (10%) ogħla mir-rata ta’ pajjiżna.
Ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna baqgħet fost l-inqas li qatt kienet fl-istorja u dan minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent tal-aħħar żmien.