Fix-xahar ta’ Marzu, Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha fiż-Żona Ewro. Dan flimkien mal-Ġermanja.
Ċifri tal-Eurostat, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, żvelaw kif, fix-xahar imsemmi, Malta kellha rata ta’ 3.2%, waqt li r-rata medja fiż-Żona Ewro hi aktar mid-doppju, b’6.5%.
Differenti minn oħrajn fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna rnexxielu jsalva eluf ta’ mpjiegi anke fl-agħar ċirkostanzi, bħalma kienet il-pandemija tal-COVID-19, permezz tal-iskema tal-Wage Supplement.
Minbarra hekk, meta faqqgħet il-kriżi taż-żejt bil-Gwerra fl-Ukrajna, in-negozji u l-industriji lokali kienu l-uniċi fl-Ewropa li ma kellhomx iġorru piżijiet żejda fil-kontijiet tal-elettriku jew il-fuels.