F’Awwissu pajjiżna kellu l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha fiż-Żona Ewro.
B’rata ta’ 3.2%, Malta kellha l-inqas rata flimkien mal-Olanda skont statistika tal-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Ir-rata medja ta’ qgħad fiż-Żona Ewro kienet ta’ 7.5%, li jfisser li Malta għandha nies ma jaħdmux inqas min-nofs mir-rata medja.
Pajjiżi bħall-Iżvezja (8.9%), il-Belġju (6.4%) u l-Lussemburgu (5.5%) kellhom rati ta’ qgħad ferm ikbar minn ta’ Malta.
Il-Prim Ministru Robert Abela nnota dan ir-riżultat b’saħħtu għas-settur tax-xogħol f’Malta.
Dr Abela qal li għall-ewwel darba fl-istorja, Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro.