Malta kklassifikat bl-inqas rata ta’ mwiet kawża tal-COVID-19.
Dan skont riċerka maħruġa mill-Università Johns Hopkins fejn isegwu lil Malta nsibu l-Ġappun b’0.02%, l-Indoneżja b’0.6% u l-Iżrael b’0.32%.
L-aħħar post insibu l-Bulgarija b’rata ta’ mwiet kawża tal-COVID-19 ta’ 24.96%, il-Latvja b’17.28% u r-Rumanija b’17.28%.
F’messaġġ fuq Twitter id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal kif din hi turija kif id-doża addizzjonali qed tagħmel xogħolha fejn ħeġġeġ biex dak li jkun malli jirċievi l-istedina, għandu jieħu d-doża addizzjonali.