Malta għandha l-inqas rata ta’ infezzjonijiet u imwiet mill-Covid-19 fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Dan skont tagħrif ippubblikat miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.
Pajjiżna għandu medja ta’ 25 każ fuq kull mitt elf persuna.
Wara Malta hemm il-Portugall fejn ir-rata hija kważi d-doppju ta’ pajjiżna.
L-Iżvezja huwa l-aktar pajjiż b’rata għolja ta’ infezzjonijiet tal-Coronavirus.
Ir-rata f’dan il-pajjiż Skandinavu hija ta’ aktar minn 577 każ għal kull mitt elf persuna.