Malta għandha l-inqas inċidenza ta’ inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Statistika maħruġa mill-EUROSTAT għall-2017 uriet li għal kull mitt elf ruħ kien hemm rata ta’ 0.57 t’inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol.
Wara Malta, l-inqas rata ġiet irreġistrata fl-Olanda.
L-ogħla inċidenza ġiet irreġistrata fir-Rumanija fejn fuq kull mitt elf ruħ kien hemm rata ta’ 5.72 inċidenti fatali.
Ir-rata tal-medja Ewropea hi ta’ inċidenza ta’ 2.25 għal kull mitt elf ruħ.
Fil-jum imfakkar għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol, il-EUROSTAT irrimarka li aktar minn żewġ miljun inċident wassal biex persuni ma marrux għax-xogħol għal mill-inqas erbat ijiem.
Dan apparti li kważi tliet t’elef ruħ (2,912) tilfu ħajjithom f’inċidenti fuq il-post tax-xogħol f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Il-EUROSTAT tiddefenixxi inċident fatali bħala dak l-inċident li riżultat tiegħu, fi żmien sena persuna tmut.