L-emmissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, jew aħjar CO2 , huma dawk li jagħmlu ħsara lill-ambjent.
Malta kellha l-ikbar tnaqqis ta’ CO2 fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Infatti, skont l-Eurostat, Malta naqqset dawn l-emmissjonijiet b’18.2% is-sena li għaddiet. L-ogħla tnaqqis bi kbir, meta tqis li t-tieni l-iktar pajjiż li naqqas is-CO2 kien il-Bulgarija, b’7.0%.
L-Eurostat tgħid ukoll li dawn l-emmissonjiet żdiedu fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej. L-ikbar żidiet kienu fil-Finlandja, Ċipru, l-Islovenja u d-Danimarka.
Il-ħidma tal-Gvern wasslet biex f’April ingħalqet il-fabbrika tal-kanċer. Jum li żgur se jibqa’ msejjaħ bħala jum storiku fl-istorja ta’ pajjiżna.
Dan kien pass li minnu qed igawdu mhux biss il-familji tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta, iżda l-pajjiż kollu fejn fl-aħħar qed igawdi minn arja nadifa u kwalità ta’ ħajja.