Il-Presidenza Maltija se tkun l-ikbar sfida diplomatika li pajjiżna se jkun qed jaffaċja, minn meta ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, sfida li Malta se tkun qed tidħol għaliha b’mod preparat. Stqarr dan is-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt li kin qed jindirizza briefing għall-ambaxxaturi bilaterali tal-membri stati għal pajjiżna.
Ian Borg qal li fid-dawl tad-deċiżjoni li ttieħdet biex ir-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea, issa hemm bżonn ta’ negozjar ġdid fl-istituzzjoni Ewropea biex jintlaħaq oġġettiv komuni u bi pjan fit-tul.
Stqarr li l-Unjoni Ewropea trid tistudja b’serjetà l-effeti li ħalla r-referendum, u għalkemm b’mod sfurzat l-Ewropa trid tieħu d-deċiżjonijet neċessarji fl-aqwa interess tal-istati membri. Fl-istess waqt iżda l-Ewropa m’għandhiex twarrab l-oġġettivi l-oħra bħalma huma s-sigurtà, it-terroriżmu, u l-immigrazzjoni – temi li fuqhom se tkun qed taħdem qatigħ il-presidenza Maltija Ian Borg rrefera wkoll għall-programm nazzjonali li għandu jiffoka l-aktar fuq l-immigrazzjoni, il-marittimu, il-povertà u l-edukazzjoni. Fuq kollox l-għan ewlieni tal-Presidenza hu li tinbena Ewropa kompetittivà soċjali b’saħħitha temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Ian Borg.