Illum, fil-binja tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, Malta fil-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Nazzjonijiet Uniti qed tlaqqa l-ewwel attività prinċipali tagħha matul dan ix-xahar li Malta għandha l-Presidenza.
Din il-laqgħa hija dik dwar il-protezzjoni tat-tfal li qegħdin jiġġieldu f’kunflitti armati. Dan anki bil-għan tal-messaġġ ta’ Malta; il-paċi u s-sigurtà.
Din il-laqgħa qed titmexxa mir-Rapprezentanta Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti, Vanessa Frazier.
Preżenti għal din il-laqgħa hemm il-15-il membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Nazzjonijiet Uniti.
F’kummenti mal-midja qabel din il-laqgħa, Vanessa Frazier qalet li huwa ta privileġġ li Malta qed tmexxi din il-laqgħa.