Il-lockdowns waslu għal sitwazzjoni li hija tliet darbiet agħar minn dik li għandna f’pajjiżna b’effetti kbar fuq il-ħwienet u r-ristoranti f’pajjiżi Ewropej li imponew l-akbar restrizzjonijiet.
Informazzjoni ppubblikata minn Google ibbażata fuq il-postijiet li ġew iffrekwentanti min-nies li jużaw smartphones fuq perjodu ta’ ġimagħtejn bejn Novembru u Ottubru, turi kif għalkemm qabel diġà kien hemm livelli relattivament baxxi ta’ attività, il-lockdowns waslu għal tnaqqis fl-andament ekonomiku.
L-agħar tnaqqis ġie rreġistrat fi Franza fejn minn tnaqqis ta’ dsatax fil-mija fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru, fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 54%. Dan ifisser li f’temp ta’ ġimagħtejn, iż-żieda fir-restrizzjonijiet kkawżaw tnaqqis ta’ 35%.
Fl-Awstrija t-tħabbir ta’ lockdown ukoll ikkawża tnaqqis drastiku fl-attività ekonomika, hekk kif fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 28% filwaqt li f’Novembru raw tnaqqis ta’ 41%. Dan ifisser li ġiet ikkawżata daqqa ekonomika ta’ 13% b’żieda fir-restrizzjonijiet.
Fil-Belġju wkoll ġiet ikkawżata tnaqqis ta’ 19% differenza mill-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru għall-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.
Ir-Renju Unit kien fost l-inqas li ra tnaqqis kawża tar-restrizzjonijiet, madankollu dan jista’ jkun minħabba li r-restrizzjonijiet miżjuda damu ma daħlu fis-seħħ. Artiklu fuq il-Kulħadd li ppubblika din l-istatistika, jagħmel l-osservazzjoni li din l-informazzjoni tindika kemm hi għaqlija l-għażla tal-Gvern Malti li ma jissejjaħx lockdown nazzjonali.
Dan hekk kif it-tnaqqis fl-attività ekonomika għall-pajjiżna baqgħet li kienet fl-aħħar ta’ Ottubru.
L-artiklu jinnota kif filwaqt li l-fatt li pajjiżna ma marx għal-lockdown mhux biss salva l-attività tan-negozji iżda għen sabiex ikun issalvagwardjat l-għajxien tal-familji.