Bħalissa Malta qed tirreġistra l-inqas ammont ta’ każijiet ta’ COVID-19 fl-Unjoni Ewropea.
Eżerċizzju li sar minn fuq sit elettroniku li jaġġorna bil-każijiet tal-Coroavirus minn madwar id-dinja wera li sat-Tnejn filgħodu, Malta kienet fl-ewwel post bi ħdax-il każ u segwiet l-Estonja b’ħamsin.
L-aktar stat Ewropew li għad għandu każijiet attiva ta’ Covid-19 fuq kull ras huwa l-Belġju filwaqt li f’dan ir-rigward Malta reġgħet kklassifikat fl-ewwel post bl-anqas ammont ta’ każijiet attivi.
Intant, it-Tnejn filgħaxija waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet Parlamentari, d-Deputat Prim Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kkonferma wkoll li l-imxija f’pajjiżna tinsab ikkontrollata.
“Il-figuri tal-Covid f’pajjiżna ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat kważi xejn jiġifieri jidher li ma hemmx imxija ġewwa pajjiżna”
Pajjiżna jinsab fuq quddiem ukoll fl-ammont ta’ testijiet għall-virus fejn issa qabeż il-mitt elf.
Dan apparti li qiegħed ma’ ta’ fuq fejn tidħol ir-rata ta’ fejqan ta’ persuni li kienu infettati.
Fearne spjega wkoll li għal sena oħra, fl-istaġun tal-influwenza, l-Gvern se jkun qed jipprovdi t-tilqima tal-influwenza b’xejn għal kulħadd bil-għan li jiġu evitati kumplikazzjonijiet ta’ persuni li jistgħu jimirdu bil-COVID-19 u influwenza flimkien.
“Allura aħna nixrtiequ l-ewwel nies għalfejn jista’ jkun hemm il-problema ta’ żewġ infezzjonijiet f’salt imma anki minħabba li l-influwenza nnifisha tista’ tkun serja wkoll. nixtiequ li din is-sena jkun hemm ħafna iżjed nies li jitlaqqmu kontra l-influwenza”