Ċifri tal-Eurostat juru li matul l-2018, Malta kellha l-ikbar żieda fl-impjiegi fost ir-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi Ewropej.
L-istatistika tal-Eurostat qalet li l-ikbar tkabbir fl-impjiegi ġie rreġistrat f’Malta b’5.7 fil-mija, quddiem ir-reġjun tal-Adrijatiku fil-Kroazja b’4.9 fil-mija u l-Irlanda ta’ Isfel b’4.7 fil-mija.
Min-naħa l-oħra l-ikbar tnaqqis fl-impjiegi kien irreġistrat fir-reġjun ta’ Mayotte fi Franza bi 2.9 fil-mija, segwit miż-żona ċentrali ta’ 2.1 fil-mija u l-Bulgarija bi tnejn fil-mija.
Il-Eurostat qal li l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali żdiedu b’1.4 fil-mija fl-2018. Il-Eurostat żied jgħid li fuq medda ta’ għaxar snin Malta kellha l-ikbar tkabbar fl-impjiegi b’46 fil-mija.