Is-sena d-dieħla, Malta se jkollha t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Dan skont tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħarifa, li ħareġ fil-jum tal-Ġimgħa, li wera li l-ekonomija Maltija mistennija tikber bi kważi 3%. Hawnhekk pajjiżna se jaqbeż sew il-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li hija ta’ 0.3%.
Hija biss l-Irlanda, li s-sena d-dieħla se jkolluha rata akbar ta’ tkabbir ekonomiku minn ta’ pajjiżna. Is-sena d-dieħla, f’pajjiżi bħal Franza, l-ekonomija se tikber b’0.4%, filwaqt li l-ekonomija fil-Ġermanja se tonqos b’0.6%.
L-istess rapport tal-Kummissjoni Ewropea jbassar li s-sena ta’ wara, jiġifieri fl-2024, Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost is-27 Stat membru tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li t-tkabbir f’dik is-sena se jkun ta’ kważi 4%. Ir-rata mbassra għal pajjiżna tisboq sew ir-rata medja tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, li mistennija tkun 1.6%. Dan ifisser li r-rata ta’ Malta se tkun iżjed mid-doppju tar-rata tal-medja tal-Unjoni Ewropea.
Fl-2024, wara Malta, bħala l-akbar ekonomija fl-Unjoni Ewropea se jkun hemm l-Irlanda. Pajjiżi kbar bħall-Ġermanja u Franza se jkollhom l-ekonomija tagħhom li se tikber inqas mid-doppju ta’ pajjiżna.
Minn dan it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea ħareġ ukoll li, fis-sentejn li ġejjin, Malta se jkollha l-inqas rata tal-qgħad fiż-Żona tal-Ewro. It-tbassir hu li r-rata tal-qgħad se tkun ta’ 3.1 fil-mija fl-2023 u 3 fil-mija fl-2024.
Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea nnota l-għajnuna tal-Gvern Malti biex iżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli, minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent.
“Malta’s government intervened to keep energy prices unchanged in 2022, with an expressed government’s commitment to pursue this line of action over the forecast horizon.”
Innota wkoll l-għajnuna tal-gvern Malti biex iżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli, minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent.
“Malta’s government intervened to keep energy prices unchanged in 2022, with an expressed government’s commitment to pursue this line of action over the forecast horizon.”
Il-Kummissjoni Ewropea nnutat ukoll li din is-sena t-tkabbir ekonomiku f’Malta se jkun ta’ kważi 6 fil-mija. Dan qed iseħħ grazzi għall-esportazzjonijiet, il-konsum pubbliku, u l-irkupru b’saħħtu fis-settur turistiku.
F’dan ir-rapport intqal li s-settur turistiku se jkollu tkabbir robust din is-sena. Dan juri l-irkupru b’saħħtu f’dan is-settur.
“The tourism sector in Malta is expected to show robust growth this year, as the number and expenditure of tourists by August reached around 80% of the 2019 level.”
Intant, b’reazzjoni għal dan it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea, fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka li l-politika tal-Gvern qed tagħmel verament differenza. Dr Abela nnota li, waqt li t-tbassir tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF, kien bassar li l-ekonomija Maltija se tikber b’sitt darbiet iżjed, il-Kummissjoni Ewropea, permezz ta’ dan ir-rapport, qed tbassar li l-ekonomija Maltija se tikber b’disa’ darbiet iżjed mill-medja tal-Unjoni Ewropea.
After the IMF forecast that next year Malta’s growth will be six times the EU average, now the European Commission is predicting that our economic growth will be nine times the EU average. @MaltaGov policies are making a real difference. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) November 11, 2022