Malta għandha l-ogħla rata ta’ produzzjoni industrijali fl-Unjoni Ewropea.
Dan tikkonfermah statistika tal-EUROSTAT li sostniet kif pajjiżna flimkien mal-Litwanja laħaq il-wieħed punt tmienja fil-mija tal-produzzjoni industrijali matul Ġunju li għadda.
Dan filwaqt li l-medja Ewropea matul ix-xahar imsemmi kien taħt il-perċentwal u nofs.
Jirriżulta li filwaqt li l-medja Ewropea bejn Mejju u Ġunju li għadda niżlet bi kważi b’żewġ perċentwali u nofs, pajjiżna mhux talli ma naqqas iżda rdoppja r-rata tal-produzzjoni industrijali.
Din l-istatistika dwar il-produzzjoni industrijali tkejjel ir-riżultat li joħroġ mill-industriji fosthom tal-manifattura li għadhom iservu ta’ sisien importanti għal kull ekonomija.
L-ikbar tnaqqis irreġistrat fil-produzzjoni industrijali sar fl-Irlanda u fid-Danimarka filwaqt li wara Malta u l-Litwanja li ġew l-ewwel f’din l-istatistika segwiet il-Latvja.
Tnaqqis qawwi fil-produzzjoni industrijali rreġistratu l-Ġermanja filwaqt li l-akbar żieda ġiet osservata fl-Estonja.