Rapport t’aġenzija tal-Unjoni Ewropea għax-xahar t’April juri li Malta hija l-aktar pajjiż fost l-istati membri li hemm fiduċja fil-qasam tas-saħħa.
Ir-rapport ta’ fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ipoġġu lil Malta fl-ewwel post tal-klassifika li kejlet il-fiduċja taċ-ċittadini fil-qasam tas-saħħa.
Wara Malta ġew il-pajjiżi Skandinavi, id-Danimarka u l-Finlandja.
Dan l-istudju sar fl-eqqel tal-pandemija tal-Coronavirus li laqtet l-aktar lill-Ewropa fit-tielet u r-raba’ xahar ta’ din is-sena.
L-istess rapport poġġa lil Malta fir-raba’ post meta analizza r-rispons ta’ pajjiżna għal ġid u l-ħarsien taċ-ċittadini tiegħu.
Dawn l-indiċi kejlu fost l-oħrajn l-għajnuna li qed tingħata mill-istati membri lin-nies li jħossuhom waħidhom f’dan iż-żmien tal-pandemija.
B’hekk pajjiżna ma’ ta’ fuq nett fl-indirizzar tas-solitudni.
Intant statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO wriet li fit-tieni nofs tax-xahar ta’ Marzu terz tal-ħaddiema ħadmu mid-dar.
Dan filwaqt li 59% tal-ħaddiema qalu li ġew affettwati mill-imxija tal-COVID-19.