Malta fetħet Konsolat Ġenerali f’Dubai biex tkompli ssaħħaħ il-ħidma politika, ekonomika u kulturali mal-Emirati Għarab Magħquda, u tappoġġja l-komunità Maltija f’dan ir-reġjun.
Dan il-Konsolat ġie inawgurat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg, li stqarr li dan hu mument sinifikanti fil-vjaġġ ta’ pajjiżna biex issaħħaħ il-preżenza tiegħu madwar id-dinja.
Hu tenna li l-ftuħ ta’ dan il-Konsolat hu konferma tal-aspirazzjonijiet lejn il-progress miż-żewġ naħat.
Id-Deputat Prim Ministru Malti sostna li, permezz ta’ kollaborazzjoni u rispett, Malta u l-Emirati Għarab Magħquda flimkien se jkomplu jagħmlu kisbiet mill-isbaħ.