Ċifri tal-Eurostat juru li matul is-sena li għaddiet, Malta kellha t-tmien l-inqas livell ta’ taxxa fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross.
L-istatistika tal-Eurostat turi li fl-2017, il-livell tat-taxxa f’Malta meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross fl-2017 kien 33.3%. Fl-elfejn u tnax, il-livell tat-taxxa kien ta’ 33.7%.
Il-livell medju ta’ taxxa fit-tmienja u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea huwa ta’ ftit aktar minn erbgħin fil-mija u wieħed u erbgħin fil-mija fiż-Żona Ewro.Iċ-ċifri tal-Eurostat juru wkoll li l-akbar żiedet kienu rreġistrati f’Ċipru u l-Lussemburgu.
Il-Eurostat qal li hemm varjazzjoni kbira fil-livell tat-taxxa fil-pajjiżi Ewropej bl-ogħla tkun fi Franza b’aktar minn 48 fil-mija u segwita mid-Danimarka b’aktar minn sitta u erbgħin fil-mija.
Min-naħa l-oħra l-Irlanda bi 23.5 fil-mija u r-Rumanija bi kważi sitta u għoxrin fil-mija kellhom l-inqas livell ta’ taxxi meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross.