Malta kklassifikat bħala t-tmien pajjiż bl-akbar żieda ta’ passiġġieri li vvjaġġaw bl-ajru matul is-sena li għaddiet.
Dan joħroġ minn stqarrija tal-Eurostat li nnutat kif fl-2018 kien hemm aktar minn biljun ruħ li vvjaġġaw bl-ajru fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-pajjiżi Ewropej kollha raw żieda ta’ passiġġieri, pajjiżna rreġistra fost l-ogħla żidiet bi 13.3%.
L-aktar pajjiż li ra żieda ta’ passiġġieri kien il-Litwanja b’19% bl-anqas żewġ pajjiżi li raw żieda kienu l-Iżvezja u r-Renju Unit b’1% u 2% rispettivament.
Heathrow f’Londra, Charles de Gaulle f’Pariġi u Schipol f’Amsterdam kienu l-aktar tliet ajruporti bieżla fl-Unjoni Ewropea. L-ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie kklassifika fit-63 post filwaqt li l-anqas ajruport li huwa bieżel huwa dak ta’ Brnik fl-Islovenja.