Malta ġiet imsemmija bħala l-aqwa destinazzjoni tal-għadis fid-dinja fil-Boot Düsseldorf Dive Awards 2025, li saru fl-24 ta’ Jannar.
Il-Gżejjer ta’ Malta ġew imfaħħra għas-siti eċċezzjonali tal-għadis tagħhom, inklużi varjetà uniċi ta’ relitti u esperjenzi taħt l-ilma.
L-għażla saret minn esperti mill-aqwa pubblikazzjonijiet tal-għadis u permezz ta’ votazzjoni pubblika. Malta spikkat għall-infrastruttura tal-għadis professjonali tagħha u l-opportunitajiet għall-għaddasa ta’ kull livell.
Il-gżejjer Malta huma magħrufa li joffru din l-esperjenza ta’ għadis matul is-sena kollha, b’40 ċentru ta’ għadis li jilqgħu għaddassa u bugħaddasa differenti. Malta tenfasizza wkoll fuw l-imortanza tas-sostenibbiltà, b’żoni ta’ baħar protett u bajjiet iċċertifikati bil-Blue Flag.
Martin Frendo mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nnota li dan ir-rikonoxximent jenfasizza l-impenn ta’ Malta li tipprovdi esperjenzi ta’ għadis eċċezzjonali, filwaqt li l-Kap Eżekuttiv Carlo Micallef esprima li l-premju jirrifletti sforzi kontinwi biex ittejjeb it-turiżmu u l-preservazzjoni ambjentali fir-reġjun.