B’surplus ta’ mitt miljun ewro, li huwa 1% tal-Prodott Domestiku Gross, Malta rreġistrat surplus li huwa t-tieni l-ogħla fl-Unjoni Ewropea wara dak tal-Lussemburgu. Is-surplus ta’ Malta, li nkiseb għall-ewwel darba wara 35 sena huwa saħansitra ogħla minn tal-Iżvezja u l-Ġermanja li jsegwu lill-pajjiżna.
Għalkemm li jispikka f’pajjiżna hu li s-surplus kien irreġistrat mingħajr ma ddaħlu miżuri li jweġġgħu liċ-ċittadin u minflok daħlu miżuri li offrew spalla bħaċ-childcare b’xejn, l-inwork benefit u t-tapering tal-benefiċċji soċjali.