F’Awwissu, Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.
Hawnhekk ħareġ kif Malta għandha rata ta’ 8.9%, l-istess bħall-Olanda.
L-unika pajjiż fl-Ewropa li rreġistra rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ inqas minn Malta huwa l-Ġermanja.
Minn dawn iċ-ċifri tal-Eurostat ħareġ kif il-medja Ewropea f’dan ir-rigward hi ferm aktar minn ta’ pajjiżna. Dan hekk kif f’Awwissu, ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ kienet ta’ 14.3% – differenza ta’ 5.4%.