Fix-xahar ta’ Awwissu, ir-rata ta’ qgħad ta’ Malta kienet it-tieni l-inqas fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Dawn ir-riżultati ġew irreġistrati minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent kawża tal-Gwerra fl-Ukrajna, li ġabet magħha l-kriżi fis-settur tal-enerġija u l-inflazzjoni.
Jirriżulta li r-rata tal-qgħad ta’ Malta kienet ta’ 2.7%, li hi ferm inqas baxxa meta mqabbla mar-rata medja ta’ qgħad tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif din ir-rata hi ta’ kważi 6% – differenza ta’ 3.2%.
L-unika pajjiż li kellu rata inqas minn dik ta’ Malta kien ir-Repubblika Ċeka, filwaqt li warajna jiġu l-Polonja u l-Ġermanja.
Min-naħa l-oħra, l-ogħla rati ta’ qgħad ġew irreġistrati fil-Greċja u Spanja.